Is-Sibt filgħaxija, il-Gvern Ingliż ħabbar ir-riżenja tal-Ministru għas-Saħħa Matt Hancock.
Dan wara li Hancock ammetta li kiser ir-regoli marbuta mal-Covid-19.
Ritratt ippubblikat fil-midja Ingliża, li ttieħed fil-bidu ta’ Mejju li għadda, wera lil Hancock ibus lill-uffiċjal Gina Coladangelo, fl-Uffiċċju tal-Ministeru.
F’Mejju, ir-regoli tal-Covid-19 fl-Ingilterra kienu jippermettu biss li persuna titħallat ma’ dawk li tgħix magħhom.