Il-Ministru għad-Difiża tal-Iżrael, Avigdor Lieberman, ħabbar ir-riżenja tiegħu wara deċiżjoni tal-kabinett biex jaċċetta l-waqfien mill-ġlied li jtemm jumejn ta’ ġlied ma’ militanti Palestinjani f’Gaża.
Tmien persuni nqatlu tul il-jum tat-Tnejn u t-Tlieta, filwaqt li militanti sparaw 460 rokit lejn Iżrael u l-forzi Iżraeljani attakkaw mija u sittin mira f’Gaza.
Hamas, li jiddominaw Gaza, u gruppi oħra militanti Palestinjani ħabru li aċettaw ordni Eġizzjana li jitwaqqaf il-ġlied u li se jirispettaw lill-Iżrael jekk din tagħmel l-istess.