David Bonello, id-direttur informazzjoni ġdid tal-Partit Nazzjonalista rriżenja mill-kariga tiegħu xahrejn biss wara l-ħatra tiegħu f’dan l-uffiċċju.L-aħbar ġiet ippubblikata fuq is-sit maltatoday.com.mt.
Is-Sur Bonello kien parti minn fazzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li ħadmet għal Adrian Delia biex jieħu f’idejh it-tmun tal-partit.
Huwa ġie appuntat fil-kariga ta’ direttur tal-informazzjoni tal-PN flok Matthew Bonett wara li n-nomina tiegħu ġiet approvata mill-eżekuttiv tal-PN f’nofs Novembru li għadda.