L-Ambaxxatur Ingliż għall-Unjoni Ewropea, Sir Ivan Rogers, irriżenja mill-irwol tiegħu.
Sir Ivan, li kien appuntat fl-irwol ta’ rappreżentant permanenti minn David Cameron fl-2013, kien mistenni li jkollu rwol ewlieni fid-diskussjonijiet dwar il-Brexit li huma mistennija li jibdew fi ftit xhur oħra.
S’issa għadha ma ngħatatx raġuni wara din id-deċiżjoni tar-riżenja.