Michael Flynn, dak li qed jagħti pariri lil Donald Trump dwar sigurtà nazzjonali, irriżenja.
Il-White House ħabbret li rriżenja minħabba kuntatti li għandu mar-Russja. Qed ikun allegat li ddiskuta sanzjonijiet Amerikani mal-ambaxxatur Russu, qabel Trump sar President. Qed jingħad ukoll li żgwida uffiċjali tal-Gvern dwar din il-konverżazzjoni li kellu.
Hu mifhum li Flynn issa huwa vulnerabbli għal theddid mir-Russja. Huwa illegali għal ċittadini iprivati li jagħmlu diplomazija f’isem l-Istati Uniti, u l-każ seħħ qabel Flynn inħatar.