F’din is-sessjoni plenarja d-Deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo rriżenja minn Membru Parlamentari sabiex postu jkun jista’ jieħdu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernrad Grech.
B’hekk l-Ispeaker issa jkun jista’ jmur għand il-President tar-Repubblika b’din l-ittra ta’ riżenja li turi x-xewqa li tiskatta l-proċedura kostituzzjonali ta’ co-option u b’hekk Bernard Grech ikun jista’ jsir Membru Parlamentari Nazzjonalista u wara jkun jista’ jieħu l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni.