L-eks Kap tal-UKIP Nigel Farrage rritorna fix-xena politika din id-darba biex jagħti diskors ta’ kuraġġ lil Donald Trump u l-Partit Repubblikan b’rabta mal-kampanja elettorali li qed issir fl-Istati Uniti.
Quddiem demostrazzjoni ta’ ħmistax –il elf persuna f’Missisippi, Farage appella lill-partitarji ta’ Trump biex jiġbdu ħabel wieħed u jaqbdu jikkampanjaw aktar minn kif kienu qed jagħmlu bħalissa.
Minkejja li matul id-diskors tiegħu Farage ma esprimiex l-appoġġ tiegħu lejn il-kandidat Repubblikan, il-kummenti li għadda taw x’jifhmu li dan l-appoġġ uffiċjali jinsab viċin.
Tant hu hekk li ma ddejjaqx jattakka lill-President Amerikan Barrack Obama kif ukoll lil kandidata Presidenzjali tal-Demokratiċi Hilary Clinton.
Huwa żied jgħid li l-gvern federali f’Washington u l-Kummissjoni Ewropea huma relattivament simili bl-istess ħsieb għaliex jaħsbu li kollox idur madwarhom.