Bejn l-24 ta’ Novembru u t-18 ta’ Diċembru se jirritorna l-ispettaklu akrobatiku u artistiku ta’ fama mondjali Cirque Du Soleil, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
It-tema għal din is-sena hija ‘Amora’ u, bħas-snin preċedenti, din se tkun produzzjoni li qed issir b’mod li tesponi l-karatteristiċi kulturali ta’ pajjiżna. Fil-fatt, is-Cirque Du Soleil se tieħu lill-udjenzi fi vjaġġ ta’ mħabba fit-toroq tal-Belt Valletta, li se jingħataw il-ħajja permezz ta’ elementi akrobatiċi mżewqa b’karattri kurjużi fi produzzjoni spettakolari li se tkompli ssaħħaħ il-prodott turistiku.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, qal li s-Cirque Du Soleil huwa konferma oħra ta’ kemm il-prinċipji tal-kwalità u tal-kwantità fid-dinja turistika qegħdin jimxu id f’id flimkien. Żied jgħid li l-ħidma kontinwa tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qiegħda tiġi sostnuta b’ippjanar serju biex jiġi assigurat li t-turiżmu lejn pajjiżna jibqa’ sostenibbli.
fil-preżenza tal-Uffiċjal għall-Komunikazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Noel Zarb, qal li s-Cirque Du Soleil se jkompli jsaħħaħ mhux biss il-kalendarju kulturali Malti iżda anke l-prospetti tan-niċċa tat-turiżmu tal-familja, li kulma jmur qiegħda tikber.