Summer Lust – il-kunċert fuq jumejn imtella’ mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp Ħal Għaxaq.
Wara sejntejn miċħuda minn dawn l-attivitajiet, issa wasal iż-żmien li l-mużika terġa’ tiġi ċċelebrata kif konna qabel il-pandemija.
Dan il-kunċert, li se jsir fl-20 u l-21 ta’ Mejju, se jkollu s-sehem ta’ bosta artisti lokali fosthom Ira Losco, Ivan Grech u DJ Tenisha.
Id-dħul għal dan il-kunċert, li qed isir b’kollaboarzzjoni ma’ Festivals Malta, se jkun b’xejn, iżda matul il-kunċert se jkunu qed jinġabru donazzjonijiet għal Dar Bjorn.
F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-MUŻA, il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li l-Gvern jgħin lil dawn it-tip ta’ festivals organizzati minn għaqdiet mhux governattivi sabiex jiżdiedu dawn l-attivitajiet kulturali filwaqt li jinħolqu aktar opportunitajiet għat-talent lokali.
Is-Segretarju tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp Ħal Għaxaq, Frank Cassar, appella biex kull min huwa interessat jattendi għal dawn il-kunċerti li se jsiru fil-grawnd ta-futbol ta’ Ħal Għaxaq.