Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura f’Malta wasal għal edizzjoni oħra hekk kif l-attenzjoni li hu jiġbed tkompli tattira interess kbir. Festival li jagħti importanza kbira lil-letteratura u jagħti pjattaforma lil ħafna awturi sabiex jibdew jistabbillixxu ruħhom fi ħdan dan il-qasam kulturali.
Minbarra l-qari ta’ novelli u poeżiji minn 12-il awtur fosthom Alfred Sant, Immanuel Mifsud u awturi barranin, se jkun hemm mużika, kotba għall-bejgħ, films tal-poeżiji Maltin u barranin u ħafna iktar.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Owen Bonnici stqarr kif il-Gvern ħass l-importanza li jgħin finanzjament għal tliet snin lil madwar għaxar entitaijiet stabbiliti f’dan il-qasam sabiex ikollhom ċertu kumdità fuq pjanar u serħan il-moħħ.