Il-‘Hard Rock Cafe – Beland Music Festival hija attivita mużikali mifruxa fuq 3 ijiem li tinvolvi għad ta artisti ta kalibru kbir, khem lokali kif ukoll internazzjonali. Wara s’suċċess tal-ħames edizzjonijiet li għaddew li ġibdu eluf ta nies lejn ir-raħal taż-Żejtun fejn tiġi organizzata din l-attivita, is-sitt edizzjoni qed tkun imtellgħa bejn il-5 u 7 ta Lulju għal darb’ oħra fiż-żona ta Bulebel iż-Żejtun.
Din l-edizzjoni ser tkun akbar minn qatt qabel, bil-parteċipazzjoni ta żewġ gruppi nternazzjonali flimkien ma l-aqwa talent Malti. Il-festival ser jiftaħ bi spettaklu mill grupp Alphaville li ħadu l-fama fis-snin 80 bid-diski ‘’Big in Japan’’, ‘’Jet Set’’, ‘’Dance With Me’’ u ‘’Forever Young’’. Chris Norman – il-vuċi oriġinali tal-grupp Smokie, ser ikun qed jagħmel kunċert flimkien mal-band tiegħu il-Ħamis fit-tieni jum tal-festival, Chris Norman huwa magħruf għas-suċċess li kiseb fil-karriera ma Smokie bid-diski ‘’Living Next Door To Alice’’, ‘’If You Think You Know How To Love Me’’, ‘’Mexican Girl’’, “It´s Your Life” u “Lay Back In The Arms Of Someone” u wara fil-karriera solo bid-diski “Stumblin’ In” u “Midnight Lady” fost l-oħrajn. Il-Festival jgħalaq b’kunċert straordinarju u tant mistenni ta Ira Losco, dan ser ikun l-ewwel kunċert tagħha wara li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision, u ser ikun spettaklu nnovattiv li jinvolvi numru ta artisti lokali u nternazzjonali.
Numru ta artisti oħra ser ikunu qed jgħattu spettakli waqt dan il-festival bħala supporting acts; dawn huma: Crux, The Crowns u The Travellers.
Innovita oħra f’dan il-festival huwa il-Beland Music Contest, li qed ikun organizzat bl-għajnuna tal-Kunsill Malti Għal-Arti u PRS for Music. F’din il-kompetizzjoni ser ikunu qed jieħdu sehem 6 artisti lokali oħra li ser ikunu qed jikkompetu għal aqwa Live Performance waqt dan il-festival; Il-Bands li ser ikunu qed jieħdu sehem huma: Xarulu, WaterWings, Oxygyn, Vinyl Paradise, The Voyage u Relikc.