Tnediet it-13-il edizzjoni ta’ Betlem f’Għajnsielem.
Waqt l-okkażjoni, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-fatt li l-presepju ħaj mifrux fuq medda ta’ 20,000 metru kwadru u b’aktar minn 100 attur għal darb’oħra se joffri esperjenza unika tal-istorja tan-natività. Bħas-snin l-imgħoddija, dan il-presepju ħaj se joffri taħlita ta’ tradizzjonijiet u snajja’ lokali flimkien ma’ dak kollu li ġeneralment wieħed jassoċja mal-presepju tradizzjonali Malti.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli tkellmet dwar l-importanza ta’ attivitajiet soċjali u kulturali sabiex inżommu l-lokalitajiet tagħna ħajjin, filwaqt li niċċelebraw it-tradizzjonijiet ta’ pajjiżna. “Nifraħ u nirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, lill-voluntiera u lil kull min ta s-sehem tiegħu biex din l-edizzjoni tkun oħra ta’ suċċess, speċjalment wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija”.
Għall-ħinijet tal-animazzjoni tista’ żżur is-sit ghajnsielem.com/bethlehem.