Il-koppja li fit-22 ta’ Settembru li għadda sfaw vittmi ta’ serqa u aggressjoni fix-Xagħra, Għawdex, bagħtu messaġġ ta’ ringrazzjamenti lill-Pulizija.
Huma xtaqu jirringrazzjaw lil kull uffiċjal tal-Pulizija li kellu x’jaqsam ma’ dan il-każ tal-mod professjonali li bih imxew. Kif ukoll talli sar arrest fil-pront u ingħataw lura l-oġġetti li ġew misruqa.
Il-koppja temmew il-messaġġ tagħhom billi qalu li jnsabu ħerqana li jirritornaw Għawdex biex jirringrazzjawhom personalment.
L-aggrssur kien tressaq il-Qorti jumejn wara l-arrest u ġie kkundannat 5 snin ħabs.