Kmieni dagħlodu segwaċi tal-paġna ‘The Salott’, fuq is-sit soċjali Facebook, qamu għal messaġġ ħelu ta’ ringrazzjament mingħand raġel li f’jum xitwi fakkar il-ħidma ta’ bosta f’jum ta’ ksieħ.
Fil-messaġġ tiegħu qal li “Hekk kif aħna qegħdin komdi ġo darna għall-irdoss u s-sħana, ta min niftakru f’dawk il-ħaddiema ħutna li minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom ikollom joqgħodu barra għall-kesħa, riħ, xita.. għall-elementi kollha, dan biex ikunu ta’ servizz għalina.”
Hu kompla billi fakkar kif “ħafna minn dawn il-ħaddiema la għandhom Ħadd u lanqas festi, anzi jkollhom iqattgħu ħafna aktar ħin ‘il bogħod mill-familji tagħhom.”
Il-messaġġ temm b’ringrazzjament mingħand kulħadd fejn kienu bosta li kkummentaw taħt il-messaġġ b’tifħir għar-ringrazzjament li hu kiteb.