Madwar 80 persuna rrifjutaw li jitilqu minn djarhom f’Chalcots Estate f’Londra fejn 650 propjetà ġew evakwati minħabba raġunijiet ta’ sigurtà b’rabta ma’ nirien.
Il-Kunsill ta’ Camden ħa din id-deċiżjoni b’mod immedjat biex jevakwa aktar minn 800 residenza l-Ġimgħa li għadda, iżda diversi persuni rrifjutaw li jobdu din l-ordni.
Il-binjiet għandhom materjal simili tal-bini li nħakem minn nirien kbar f’Grenfell.
Espert fil-qasam tas-sigurtà sostna li l-evakwazzjoni ma kinitx waħda sabiħa b’madwar 4,000 persuna jitilqu mill-binjiet f’Camden, fejn tpoġġew f’akkomodazzjonijiet, lukandi jew ma’ membri tal-familja b’mod temporanju.
Iżda minkejja l-periklu, u kif ukoll ir-residenzi temporanji biex titranġa s-sitwazzjoni ta’ materjal perikoluż, 83 residenti baqgħu fejn kienu u rrifjutaw li jitilqu.