L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni għal żviliupp ta’ dar għall-anzjani f’barriera f’Wied Għomor, bejn is-Swieqi u San Ġwann. L-iżvilupp, maħsub f’art ODZ kien irrifjutat b’saħħa kbir hekk kif 14 ivvotaw kontra u ħadd ma vvota favur.
B’hekk residenti u għaqdiet ambjentali li għamlu kampanja ta’ diversi ġimgħat kienu sodisfatti. Peress li huma dejjem argumentaw li l-barriera kellha tkun rijabilitata iżda mhux b’iktar bini. Nature Trust dejjem sostniet li l-iżvilupp kien jgħamel ħsara kbira f’Wied ta’ importanza ekoloġika enormi