Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech tenna proposta li, skontu, tnaqqas it-traffiku, avolja hu stess kien ammetta li personalment ma jidħolx għaliha, għax qal li finanzjarjament ma jaqbillux.
Fuq ix-xandir nazzjonali, waqt il-programm ta’ diskussjoni ‘XTRA’, Bernard Grech kien mistoqsi dwar soluzzjonijiet għat-traffiku u kien hawn fejn tenna li jagħti somma flus biex inti tirrinunzja l-karozza tiegħek għal ħames snin.
“Nagħtu somma flus b’saħħitha lill-familja li tneħħi l-karozza u li ma ddaħħalhiex f’ħames snin.”
Din l-istess proposta, sentejn ilu, kien mistoqsi point blank fuqha u on record qal li ma taqbillux lilu personali, għax il-karozza li għandu tiswa iżjed u għalhekk mhux proposta tajba għalih stess.
Ġurnalista: “Will you make use of the €10,000 scheme and give up your car to go car-free?”
Bernard Grech: “My car right now is a bit more expensive than that. So maybe I’ll do it a bit later. Forsi nieqaf nuża l-karozza, bla dubju, għax imbagħad is-sens komun jirbaħ. Nieqaf nuża karozza li tiswa inqas minn €10,000 u allura nieħu l-għotja jien, ukoll għaliex le?!”.
Fil-programm ‘XTRA’ it-Tnejn filgħaxija, Bernard Grech ġie mistoqsi wkoll fuq diversi suġġetti oħrajn, inkluż il-ħaddiema barranin.
Hawn il-preżentatur u ġurnalist Saviour Balzan beda jgħidlu biex jagħtih x’soluzzjonijiet għandu u tenna soluzzjoni li baqa’ jgħid biha. Jiġifieri dik li jrid li ssir konferenza dwar il-ħaddiema barranin.
“Għedtlu ejja nagħmlu konferenza dwar il-popolazzjoni.”
Dwar temi oħrajn, fosthom il-finanzjament tal-partiti, liġi li hu baqa’ jikser sfaċċatament, il-Kap Nazzjonalista qal li jrid lill-Gvern jiffinanzjalu l-partit li hu stess ftit ilu ammetta li għadu b’dejn qrib it-€32 miljun.
Qal ukoll li jrid jgħolli l-paga tiegħu, imbagħad, saħaq li dwar l-għażliet li għandu l-poplu u l-għażla mhix dwaru.
“Ma naqbilx miegħek Saviour because this is not about me.”