Fis-sitta u kwart tat-Tnejn filgħaxija, il-Pulizija ġew infurmati li kien seħħ attentat ta’ serq minn ħanut fi Triq Sir Hugo Mifsud, Ħal Lija.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’arma taqta’ u bil-ponta, kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier raġel.
Il-kaxxier irresista lura u r-raġel mgħammad ħarab jiġri ‘l barra.