Il-President taż-Żimbabwe rriżenja wara kważi erbgħin sena. Din l-aħbar sorpriża waslet wara li kienet diskussa mozzjoni ta’ impediment kontra l-mexxej ta’ tlieta u disgħin sena. Aktar kmieni, Mugabe rrifjuta li jirriżenja minkejja l-kontroll tal-armata l-ġimgħa li għaddiet u l-ġranet ta’ protesta kontra t-tmexxija tiegħu. Mugabe kien ilu fil-poter mill-Indipendenza fl-elf disa’ mija u tmenin.