Sewwieqa li ma jkunux jistgħu jaqraw pjanċi ta’ karozzi oħra minn 20 metru bogħod meta jkunu mwaqqfa mill-Pulizija se jibda’ jkollhom il-liċenzja tagħhom rivokata b’mod immedjat.
Dan skont liġi ġdida fl-Ingilterra biex sewwieqa jkunu taħt skrutinju mhux biss għal effetti ta’ xorb jew droga, iżda anke ta’ nuqqas ta’ vista. Dan se jibda’ bħala proġett polita f’ Hampshire, Thames Valley, u il-West Midlands.Uffiċjali tal-Pulizija se jkollhom id-dritt jirrvokaw il-liċenzja tas-sewqan tal-individwi jekk minħabba vista batuta, u li ma jużax nuċċali, ikun ta’ periklu għalih innifsu jew għal sewwieqa oħra.
Jekk persuna tiżviluppa problemi fil-vista wara li tkun ġabet il-liċenzja tas-sewqan, għandha l-obbligu li tinforma lid-Dipartiment tal-Liċenzjar tas-Sewwieq Ingliż.