Raġel Awstraljan, b’rabja kbira fuqu, ċempel lill-Pulizija jirrapporta lil missieru, għaliex kien qed jaħraqlu oġġetti minn tiegħu.
Tistgħu timmaġinaw kif baqgħu ħalqhom miftuħa l-awtoritajiet meta f’belt fit-Tramuntana tal-Awstralja sabu munzell kbir pjanti tal-kannabis jieħu n-nar. Il-missier u l-iben kienu ilhom jargumentaw dwar il-pjanti tal-iben, li kienu jġibu kemxa flus mhux ħażin.
L-iben ma rrealizzax li billi jċempel lill-Pulizija, kien qiegħed jirrapporta lilu nnifsu. Infatti stqarr mal-Pulizija li jemmen il l-ħruq ta’ oġġetti personali huwa reat agħar mill-pussess ta’ droga.