Il-plejers Kolombjani Mateus Uribe u Carlos Bacca irċievew messaġġi ta’ theddid wara li lbieraħ, fil-partita kontra l-Ingilterra, fallew żewġ penalties.
Kien hemm ukoll nies li rrikorrew fuq facebook u twitter u lil Bacca direttament qalulu biex ma jmurx lura pajjiżu fejn saħansitra jriduh mejjet.
Kien ġara każ simili għalkemm fatali fl-1994 fit-tazza tad-dinja ta’ dik is-sena, meta plejer Kolombjan safa maqtul wara li għamel auto goal.