Hekk kif issa kollox reġa’ mar għan-normal wara li tliet ġimgħat ilu seħħet ħerba fil-Knisju ta’ Ġieżu fir-Rabat, fejn fil-ħemda ta’ matul il-lejl sfronda s-saqaf tal-knisja, il-Patrijiet Franġiskani spjegaw kif illum irċevew “l-isbaħ” żjara li kellhom f’dawn l-aħħar ġimgħat.
Permezz tal-paġna fuq Facebook, il-Patrijiet Franġiskani spjegaw kif għalkemm żaruhom ħafna nies f’dawn il-ġimgħat, din tal-lum kienet l-isbaħ!
Dan hekk kif Bjorn u Maria żaru l-knisja biex jiddiskutu l-Festa ta’ San Franġisk li se ssir il-Ħadd 8 ta’ Ottubru filgħodu fil-Knisja b’risq ALS Malta, fejn qalu “għax iva jeżistu bżonnijiet ferm ikbar minn tagħna!”
Il-messaġġ temm jgħid li aktar dettalji se jkunu qed jitħabbru aktar ‘il quddiem.