Erba’ werrieta ta’ eks-ħaddiem tat-tarzna għal tlettin sena ingħataw €30,000 mill-Qorti ċivili bħala kumpens għad-danni morali, wara li nstab li r-raġel kien marad peress li kien espost għall-asbestos.
Il-Qorti qalet li l-awtoritajiet konċernati naqsu milli jaġġornaw il-liġi biex jirrifletu l-innovazzjoni xjentifika li saret b’rabta ma din il-kimika.
It-tfal ta’ Andrew Psaila fittxew bil-Qorti lill-kap uffiċjal Mediku, l-Awtoritá tas-Saħħa u s-Sigurtá u l-Avukat Ġenerali.Il-Qorti ddikjarat li d-dritt għall-ħajja tfisser li għandu jingħata obbligu fuq l-istat ta’ ħajja biex ikun żgurat li l-ħajja umana ma tiġix mhedda bl-ebda mod.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti ikkundanat lill-kap uffiċjal Mediku u l-avukat ġenerali li naqsu milli jieħdu azzjoni.