“Kien xokk kbir għalija meta sirt naf li jien pożittiv għall-Coronavirus”
Dan kien kliem Martin Attard. Persuna li xahar ilu ttestja fil-pożittiv għall-Coronavirus. Madankollu llum rċieva l-aħbar li tant kien ilu jistenna.
Dik li fl-aħħar issa ttestja fin-negattiv għal dan il-virus.
One News għamel kuntatt ma’ Martin u bil-ferħ jitrasmetti minn ġol-linja tat-telefon, irrakkonta dan il-vjaġġ li ser jibqa’ ttimbrat f’moħħu għal ħajtu kollu.
Fost oħrajn tkellem dwar il-mument fejn qalbu ħebbritu li seta’ kellu din l-imxija.
Huwa spjega: “Fin-9 wara ġurnata xogħol mort sal-gym, kelli naqa’ ġurnata stressanti ngħidlek il-verità, normali tat-Tnejn kif ikollu kulħadd, immur il-gym u niġi lura bid-deni u ngħidlek il-verità hemmhekk bdejt ninkwieta.”
Mar jagħmel swab test u dak li stmerr kellu jsir realtà.
Martina sostna: “Qaluli biex immur nieħu l-iswab. Wednesday ħadt l-ikbat qata ta’ ħajti.”
Spjega kif ix-xokk ma’ ħadux biss għax marad imma għax beża’ li seta’ infetta lill-ġenituri tiegħu.
Huwa kompla jispjega: “Kienet xokk kbir għaliha għax jiena għamilt ġimgħa ngħix mal-ġenituri tiegħi peress li għadni ngħix magħhom jiġifieri għidt dak il-ħin din tajtha lill-ġenituri tiegħi li huma vulnerabbli.”
Tkellem magħna wkoll dwar is-sintomi li esperjenza tul dan l-aħħar xahar.
Martina qal: “Sintomi xejn gravi biex inkun onest. Qatt ma ħassejtni ħa mmut fiżikament però kienu dejjem persistenti fhimt anke qtugħ ta’ nifs tibda timmaġina kollox.”
Spjega kif l-ikbar sfida kienet dik mentali u mhux fiżika.
Martin sostna: “L-issue mentali hija ħafna diffiċli jiġifieri jridu jibqgħu strong u jegħlbu dik u jkunu pożittivi for better days. Dik hija l-iktar ħaġa importanti.”
Iddeskriva l-mument li l-Ġimgħa filgħodu waslitlu l-aħbar li ttestja fin-negattiv għal dan il-virus.
Martin stqarr: “Dalgħodu kif smajt dik l-aħbar tipo lbieraħ ma rqadt xejn ngħidlek il-verità, kien ili xi jumejn ma norqod xejn sakemm nara naqra s-sitwazzjoni, ħadt l-aħbar it-tajba msomma.”
Issa li l-agħar għal Martin għadda kellu suġġeriment kemm għal persuni li laqqtu l-virus u anke għall-maġġoranza tal-poplu li jinsab sigur f’daru.
Fost oħrajn lil dawk bil-virus issuġġerilhom li kemm jista’ jkun jżommu ‘l bogħod minn artikli spekulattivi fuq l-Internet li ma’ jgħinu xejn f’dan il-perjodu diffiċli.
Għal dawk li għadhom ma’ laqqtux il-virus Martin qal hekk.
Hu stqarr: “Ma tistax inti tiġġudika l-ebda każ ta’ ħadd għax kapaċi tweġġgħu lil dak il-persuna. Dan huwa l-messaġġ li dejjem nixtieq ngħaddi.”
Hekk kif Martin issa jista’ jħares ‘il quddiem sabiex jkompli b’ħajtu b’mod normali appella għall-kuraġġ f’dan il-mument diffiċli. Mument li jekk kulħadd jobdi ngħaddu minnu f’kemm trodd salib.
Martin temm jgħid: “Jiena nemmen li maż-żmien għad tkun storja li niftakruha kollha u li ngħiduha lit-tfal tagħna”