Raġel li nduna li biswit id-dar li xtara ħames snin ilu f’Birżebbugia kellu garaxx illegali rebaħ kumpens ta’ tmienja u għoxrin elf ewro.
Fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili nstema’ kif raġel li kien se jagħmel żvilupp fid-dar li xtara, kien inbiegħ lilu wkoll garaxx illegali.
Intqal ukoll li l-bejjiegħ tad-dar kien assigura lix-xerrej li l-proprjetà tiegħu kollha kienet skont il-liġi. Iżda meta x-xerrej mar biex japplika għall-permessi m’għand il-MEPA, spiċċa weħel xi multi minħabba l-garaxx illegali.
Fil-Qorti ġie spjegat ukoll li konsegwenza ta’ din l-illegalità, il-valur tal-proprjetà waqa’ b’ħamsa u għoxrin elf ewro. Fid-dawl ta’ dan, l-Imħallef Anna Felice ordnat lil bejjiegħ biex iħallas id-danni lix-xerrej tal-proprjetà.