Il-Korea ta’ Isfel qed tipprepara biex ittella minn ġol-baħar il-vapur Sewol, li kien għereq tliet snin ilu. Traġedja li ħalliet 300 persuna mejta, ħafna minnhom tfal.
Biex dan isir se titħaddem sistema ġdida li se ttella’ l-vapur fil-wiċċ, bit-tama li jinstabu l-iġsma ta’ disa persuni li baqgħu qatt ma nstabu. Is-Sewol, li ma kienx f’kundizzjoni tajba, kien mgħobbi żżejjed u kien għaddej b’veloċita għolja f’liwja, inqaleb u għereq waqt vjaġġ ta’ rutina fis-sittax t’ April elfejn u erbatax.
Il-vapur jinsab f’fond ta’ erbgħa u erbgħin metru, ‘il barra mill gżira Jindo. Minn dawk li tilfu ħajjithom, mitejn u ħamsin kienu żgħażagħ waqt mawra tal-iskola, b’ħafna minnhom obdew l-istruzzjonijiet tal-ekwipaġġ biex jibqgħu fil-kabini.