Roderick Grima, ta’ tmienja u għoxrin sena, tressaq il-qorti akkużat li prova jisraq darbtejn, li kiser kundizzjonijeit tal-ħelsien mill-arrest u li kien riċediv.
Fil-qorti l-prosekuzzjoni qalet li Grima għandu problema ta’ sustanza u li s-serq li prova jwettaq kien minn żewġ siti ta’ kostruzzjoni. Intqal kif il-każi seħħew f’temp ta’ tminnt ijiem filwaqt li l-ispettur li mexxa l-prosekuzzjoni ilu għal dawn l-aħħar tmintax-il xahar jagħtih għajnuna.
Grima wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-qorti rrifjutat t-talba tal-ħelsien mill-arrest u dan għax ħasset li r-raġel mhuwiex ta’ min jorbot fuqu bil-possibilità li fiż-żmien li ġej ma jidhirx il-Qorti.
Għaldaqstant Grima ntbagħat il-faċilità korrettiva ta’ Kordin fuq rakkomandazzjoni li Grima għandu jingħata l-għajnuna biex jegħleb il-vizzji tad-droga u xorb.