Fejn post pajjiżi madwar id-dinja laqgħu s-sena l-ġdida b’ċelebrazzjonijiet diversi, f’Hong Kong ix-xenarju kien differenti hekk kif eluf ta’ dismostranti ingħaqdu f’marċ favur id-demokrazija. Id-dimostranti ffurmaw katina fit-toroq l-aktar bieżla f’Hong Kong.
Id-dimostranti bdew ikantaw kant għall-ħelsien ta’ Hong Kong, kif ukoll jitolbu għal revoluzzjoni.
Għalkemm id-dimostrazzjoni kienet waħda paċifika, f’xi żoni spikkat il-vjolenza fejn kien hemm bżonn l-intervent tal-pulizija. Il-puluzija użaw kanuni tal-ilma kif ukoll sparaw gass tad-dmugħ u balal tal-gomma biex igerxu d-dimostranti.
Madwar 40 membru parlametari u dinjitari minn 18-il pajjiż differenti bagħtu ittra lill-kap ta’ Hong Kong, iħeġġuha sabiex tfittex modi ġenwini biex tindirizza l-ilmenti tan-nies.