Grupp żgħir ta’ nies inġabar dalgħodu fil-bajja ta’ Spinola f’San Ġiljan biex isemma’ leħnu kontra l-masterplan propost għal Paceville.
Għaqdiet ambjentali jemmnu li l-pjan propost, li se joħloq mad-disat elef impjieg, għandu jkun abbandunat u jsir ieħor.
L-għaqdiet flimkien ma’ stakeholders din il-ġimgħa kellhom laqgħa ta’ konsultazzjoni organizzata mill-Awtorità tal-Ippjanar. Rappreżentanti tar-residenti jsostnu li l-iżvilupp propost mhuwiex sostennibli u jemmnu li wħud mill-propjetajiet tar-residenti se jiġu mittiefsa. Jemmnu wkoll li d-disa’ żviluppi massiċi se joħolqu traffiku enormi u l-popolazzjoni f’San Ġiljan se tiżdied b’numri allarmanti. Il-GRTU esprimiet tħassib fejn jidħlu n-negozji ż-żgħar.