Ir-resident tal-Gżira ilhom għal dawn l-aħħar sittax-il sena mċaħħda minn Manoel Island u l-baħar tal-madwar, minħabba xogħlijiet li suppost qed isiru fiż-żona, iżda li s’issa għadu kollox wieqaf. Għalhekk, il-Kunsill Lokali daħħal protest ġudizjarju quddiem il-qrati.
Illum r-residenti nġabru sabiex jipprotestaw, bl-insistenza li għandu jkollhom aċċess. Għal dan il-għan, qed jiġbru wkoll petizzjoni. Hemm madwar mitejn persuna miġbura bħalissa.