Attivisti fil-qasam tat-tibdil fil-klima qed jipprotestaw f’diversi bliet madwar il-Ġermanja qabel l-elezzjonijiet federali li mistennija jsiru matul il-jum tal-Ħadd.
F’Berlin, l-Attivista Svediża Greta Thunberg sostniet, quddiem ġemgħa ta’ nies, li l-ebda partit politiku mhu qed jagħmel biżżejjed.
Id-dimostranti qegħdin jappellaw lill-Ġermanja bħala pajjiż, biex jaħdem iktar f’dan il-qasam, billi fost oħrajn jieqaf juża l-faħam bħala sors ta’ enerġija sal-2030 u mhux sal-2038 kif pjanat.
It-tibdil fil-klima kien tema ċentrali matul il-kampanja elettorali.