Numru kbir ta’ persuni ħarġu jipprotestaw f’Valencia, kontra l-mod li bih l-awtoritajiet aġġixxew b’rabta mal-għargħar li laqat lill-belt riċentament u ħalla diversi persuni mejta.
Huma talbu fost l-oħrajn għar-riżenja tal-kap reġjonali Carlos Mazón.
Il-midja Spanjola, qed tirrapporta kif madwar 130,000 ruħ ħarġu fit-toroq is-Sibt – b’dawk li kienu qed jipprotestaw, jgħajtu “aħna mgħaffġin fil-ħama, intom mgħaffġin fid-demm”.
Aktar minn 200 persuna mietu kawża ta’ dan l-għargħar, li ġie kkawżat minn xita qalila li laqtet il-belt ta’ Valencia u l-provinċji tal-madwar f’Ottubru, bi 80 persuna li għadhom irrapurtati nieqsa. Dawk li ħarġu jipprotestaw, qalu li l-awtoritajiet ħarġu t-twissijiet tagħhom tard wisq.