Omm u missier intbagħtu ħmistax-il xahar ħabs sospiżi għal tlett snin wara li tresqu l-qorti akkużati li kienu jipprostitwixxu lil binthom ta’ 15-il sena l-Marsa kontra l-volontà tagħha.
Fuq il-pedana tax-xhieda, t-tifla li llum għandha 28 sena qalet li ommha kienet iġġelgħa tmur il-Marsa għaliex ma kienx ikollhom flus. Qalet kif ommha kienet toqod titlajja barra, twaqqaf il-karozzi u toffri lill-klijenti prospettivi sabiex ikollhom x’jaqsmu ma’ bintha għal €20.
Il-Qorti sabet lill-ġenituri tat-tifla ħatja li ħajru lil binthom taqbad it-triq tal-prostituzzjoni u li użaw il-vjolenza fil-konfront tagħha sabiex tagħmel dan.
L-omm instabet ħatja li kienet riċediva f’sentenza preċedenti. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Louise Calleja.