Forsi waħda mill-akbar uġiegħ ta’ ras għal għarus qalbieni li lest jipproponi lit-tfajla tiegħu, hija propju l-għaża taċ-ċurkett.
Jekk inti tixbah lil ċertu Dennis Brown, inkluż li għandek xi kont bankarju li kulħadd jixtieq, tħalli l-għażla f’idejn il-maħbuba.
Brown, li huwa mudell, ippropona lit-tfajla tiegħu b’sitt iċrieket differenti, biex tkun tista’ tagħżel liema wieħed jogħġobha l-aktar. U dan kollu f’kaxxa forma ta’ qalb.
Jekk int kont beħsiebek tagħmel din id-domanda kruċjali għal żmien il-festi, jiddispjaċina li minħabba dan l-artiklu, it-tfajla tiegħek issa qed tistenna xi ħaġa simili!