Simon Busuttil qed jipproponi li jreġġa’ lura ż-żieda fil-kera tal-housing soċjali li ddeċieda l-Partit Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.
Iż-żieda fil-kera tal-housing soċjali kienet pjanata mill-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet u laħqet daħlet fis-seħħ. Gvern Laburista neħħiha fl-aħħar baġit.
Issa Simon Busuttil qed wiegħed li jneħħi żieda li m’għadhiex teżisti. Il-kontijiet il-ġodda tal-kera tal-housing ħarġu mingħajr iż-żieda li qed jitkellem dwarha Busuttil u li kien daħħal il-Partit Nazzjonalista.
Aktar minn hekk, ħarġu ċekkijiet tal-kumpens għaż-żieda. Din ammettiha Busuttil stess meta qal “iċ-ċekk li qed jibgħat Joseph Muscat huwa ħlas għal xi ħaġa li ħallsu n-nies”. Jiġifieri Simon Busuttil issa jrid iħallas lura xi ħaġa li diġà tħallset.
Dwar kemm jiswew il-proposti ta’ Busuttil fuq housing, Busuttil qal li “l-ewwel prijorità mhux il-costings” u “il-costings ma jistgħux ikunu preċiżi”.