Iċ-Ċina għadha kif introduċiet restrizzjonijiet ġodda fir-reġjun ta’ Xinjiang, f’kampanja li qed jingħad li hi kontra l-Islam estremist.
Din il-miżura tinkludi l-projbizzjoni ‘abnormali’ ta’ daqna twila, il-projbizzjoni ta’ veli f’postijiet pubbliċi u li tirrifjuta li tara t-televiżjoni tal-istat.
F’Xinjiang jgħixu persuni li jissejħu Uighurs, grupp Musulman li jgħidu li jaffaċċjaw diskriminazzjoni.
Il-Gvern Ċiniż sostna li l-vjolenza li qed ikun hemm hi minħabba militanti Islamiċi, iżda gruppi li jħarsu d-drittijiet ta’ dawn il-persuni qalu li din il-vjolenza qed isseħħ minħabba miżuri oppressivi.