Patri Mark Montebello preżenta l-ewwel bijografija xjentifika tal-Perit Dom Mintoff lill-Prim Ministru Robert Abela.
Il-preżentazzjoni tal-ktieb The Tail that Wagged the Dog mill-awtur Patri Mark Montebello saret fil-Berġa ta’ Kastilja.
Il-ktieb, maħruġ mill-pubblikatur SKS, se jkun għall-bejgħ fil-bidu tas-sajf li ġej.
Patri Mark saħaq fuq il-ħtieġa nazzjonali li l-fenomenu Mintoffjan jinftiehem b’mod professjonali lil hinn minn kull passjoni partiġġjana.
Mark Montebello saħaq, “Il-bijografija tal-Perit Mintoff hija wkoll biċċa vitali tal-istorja tal-poplu Malti u Għawdxi fil-bidu tal-ħruġ tiegħu.”
Għall-preżentazzjoni kien preżenti wkoll is-Sur Joe Borg, id-Direttur tal-SKS. Huwa qal li r-riċerka kollha ta’ Patri Montebello għal dan il-ktieb, li swiet lill-SKS eluf ta’ ewro, għaddiet kollha lill-Istat permezz tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta.