Id-diżastru ambjentali qed jiggrava hekk kif il-bastiment MV X-Press Pearl, li jġorr kimiċi u plastik, qed jgħereq barra l-kosta tas-Sri Lanka.
L-awtoritajiet diġà dawwru l-vapur bil-booms u tpoġġa apparat li jassorbi ż-żejt; huma għamlu dan bħala preparamenti għall-agħar xenarju possibbli, jiġifieri l-ħruġ taż-żejt mill-vapur, li qed iġorr mal-kważi 350 tunnellat ta’ żejt.
Il-bastiment li ilu għall dawn l-aħħar 13-il jum jinħaraq, diġà kkawża fost l-agħar diżastri ambjentali marittimi fis-Sri Lanka, hekk kif diġà niġġes il-bajjiet b’ammont konsiderevoli ta’ plastik. Madanakollu, l-kriżi ekoloġika tmur għall-agħar jekk joħroġ iż-żejt.