Numru ta’ persuni qed jilmentaw kif għadd ta’ karozzi għażlu li jipparkjaw taħt it-tined taż-żwiemel bi ħsieb egoist sabiex il-karozza tagħhom ma tkunx fix-xemx.
Sfortunatament din id-deċiżjoni tħalli impatt ħażin fuq is-sidien tal-karozzini kif ukoll iż-żwiemel tagħhom hekk kif minħabba deċiżjoni egoista dawn iż-żwiemel ikollhom jibqgħu fix-xemx jew bis-sidien iħufu għal xi spazju fid-dell alternattiv – xi ħaġa li kważi hi impossibbli.
Huma bosta li spjegaw kif mhux sew li jsiru dawn l-affarijiet u kif għandha tittieħed azzjoni fuq dawn il-karozzi li f’att egoist jgħażlu l-aħjar għalihom mingħajr ma jġibu quddiem għajnejhom li hemm żiemel qed isofri fis-sħana minħabba l-att tagħhom.