l-pulizija Belġjana arrestat tnax-il persuna f’operazzjoni kbira kontra t-terroriżmu, tliet xhur wara l-attakki fatali fi Brussell.
Il-prosekuturi qalu li dawk li kienu arrestati fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt huma suspettati li kienu qed jippjanaw attakk terroristiku. Dawn kienu parti minn grupp ta’ 40 li kienu interrogati.
It-tfittxijiet saru f’iktar minn 150 garaxx f’sittax-il muniċipalità, il-maġġoranza tagħhom madwar Brussell.
Rapport li ħareġ l-istazzjon Nazzjonali RTBF, spjega kif is-suspettati kienu qed isuqu f’żona fejn illum is-Sibt, qed tintwera l-logħba bejn il-Belġju u l-Irlanda tal-Euro 2016 fiċ-ċentru ta’ Brussel.