Imqabbel ma’ sena ilu, il-qgħad naqas b’iktar minn elf u seba mitt persuna, filwaqt li meta mqabbel ma’ Marzu elfejn u tliettax, in-numru ta’ nies jirreġistraw huwa erba t’elef u tliet mija inqas.Dan ifisser li issa n-numru ta’ dawk jirreġistraw hu sittin fil-mija inqas minn dak li kien fil-bidu ta’ din il-leġislatura. Dettalji dwar in-numru ta’ persuni mingħajr impjieg tahom l-ufficcju nazzjonali tal-istatistika f’dokument ippubblikat illum.