Nizel is-siparju fuq ir-renju tal-bluha, hekk kif bħalissa, fi Triq Sant’ Anna fil-Furjana, għaddej id-Defilè, tradizzjoni li tmur lura s-snin, iżda li għadha għall-qalb il-Maltin, l-Għawdxin u anke diversi turisti.
Il-pubbliku kellu ċ-ċans, li jara l-karrijiet meravilja u l-kostumi li ħejjew il-kumpaniji tal-Karnival għal din is-sena, proprju għall-aħħar darba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hekk kif illum, it-Tlieta, it-temp ippermetta, kienu diversi li mlew din it-triq fil-Furjana, kemm tfal, kif ukoll diversi adulti u ġenituri.