Adrian Ene ta’ 25 sena flimkien ma’ Leonard Tanase ta’ 29 sena, imwielda r-Rumanija tressqu quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ frodi u qed jinżammu taħt arrest fuq kustodja preventiva.
Iż-żewġ imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi fil-konfront tagħhom u stqarru wkoll li m’għandhomx residenza fissa. Adrian Ene b’mod partikolari qal saħansitra kien qed jorqod f’karozza għal dawn l-aħħar erbat ijiem.
L-irġiel qed jiġu akkużati kien qed jiġbru l-flus mill-pubbliku taħt assoċċazzjoni falza fl-irħula ta’ San Pawl il-Baħar, Ħal Għaxaq u Buġibba fost oħrajn.
L-akkużati rrappreżentati mill-Avukat tal-għajnuna legali Fransina Abela ma talbux għall-ħelsien mill-arrest.