Numru ta’ uffiċjali tal-port ta’ Bejrut tġoġġew taħt arrest fid-dar sakemm issir l-investigazzjoni b’rabta mal-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta li għadda, li ħasdet il-ħajja ta’ 135 persuna filwaqt li darbet mal-4,000 oħra.
Bħalissa Bejrut jinsab taħt stat ta’ emerġenza, li huwa mistenni li jibqa’ fis-seħħ għal ġimgħatejn.
Il-President tal-Libanu Michel Aoun qal illi l-isplużjoni kienet ikkawżata minn ftit inqas minn tliet elef tunnellata tal-ammonju tan-nitrat maħżun ħażin.
Intant, il-Kap tad-Dwana fil-port qal illi l-aġenzija kienet talbet biex titneħħa din il-kimika maħżuna – li tintuża bħala fertilizzant u bħala splussiv. Iżda b’xorti ħażin dan ma sarx. Huwa sostna li issa huwa sta għall-esperti biex jiddeterminaw ir-raġunijiet wara dan l-inċident kbir.