Jinżammu taħt arrest 2 minn 3 li allegatament rabtu u serqu mara anzjana f’darha f’Ħal Qormi.
Mark Anthony ta’ 41 sena u Ryan Briffa ta’ 28 sena tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras akkużati b’serq u vjolenza fuq l-anzjana.
Briffa kien akkużat ukoll bil-ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
L-Ispettur Fabian Fleri qal kif nhar il-11 ta’ Jannar l-anzjana fetħet il-bieb wara li ħabbtulha l-bieb u qalulha li huma pustiera.
Iż-żewġt irġiel wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. It-tielet akkużat ħassu ma jiflaħx qabel is-seduta u ma tressaqx il-qorti.
Ma kienx hemm talba għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-avukati li qed jidru għall-akkużati talbu biex ix-xhieda jiġu mħarrka biex jixhdu mill-aktar fis possibbli. L-allegat vittma diġà tat ix-xhieda tagħha.