Sitt persuni qed jinżammu arrestati f’San Pietruburgu fir-Russja suspettati bir-reklutaġġ għall-hekk imsejjaħ Stat Islamiku u li għenu f’attivita’ terroristika.
Is-suspettati huma minn pajjiżi taċ-ċentru tal-Asja u ilhom attivi minn Novembru.
Sa issa m’hemm ebda evidenza li huma marbuta ma’ Akbarzhon Jalilov, raġel mill-Kyrgyzstan suspettat li wettaq l-isplużoni fil-metro.
L-attakk li seħħ it-Tnejn li għadda ħalla erbatax-il persuna mejta u mal-ħamsin persuna midruba.
Dawk arrestati fittxew biex jingħaqdu magħhom immigranti miċ-ċentru tal-Asja u jwettqu attakki terroristiċi f’San Pietruburgu filwaqt li jingħaqdu ma’ gruppi illegali armati inkluż l-Istati Uniti.