Jeremy James Farrugia ta’ 37 sena u Tristan Farrugia Tedesco ta’ 26 sena nżammu arrestati wara li dalgħodu tressqu l-Qorti u ġew mixlija b’serq u ħsara.
Huma ġew akkużati, fost l-oħrajn, b’serq ta’ flus kontanti u oġġetti minn Palazzo Ca’ Brugnera, fi Triq il-Wied Birkirkara, u li għamlu ħsara teċċedi l-€2,500 fl-istess palazz it-Tnejn li għadda.
Cynthia Tomasuolo, l-avukat tal-akkużati, talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Qort ċaħdet it-talba għax iż-żewġt irġiel m’għandhomx xogħol u t-tnejn li huma għandhom il-vizzju tad-droga.