Malti u żewġ Serbi nżammu arrestati wara li wieġbu mhux ħatja b’pussess u traffikar ta’ 65 kilo droga. L-irġiel ġew arrestati t-Tnejn li għadda waqt rejd f’dar fil-Gżira.
L-Ispettur Justine Grech spjegat li l-imputati Zvetco Zivkovic min-Naxxar u Zvonko Celic mill-Gżira flimkien ma’ Mark Cassar minn Ħal-Qormi ġew arrestati wara l-iskwadra ta’ kontra d-drogi sabet sbatax-il kilo kannabis f’kaxxa fil-bagoll tal-karozza. Fi tfittxija li saret f’dar fl-Imsida nstabu wkoll sebgħa u erbgħin kilogramma kannabis.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Zvonko Celic filwaqt li ż-żewġ akkużati l-oħra m’għamlux talba għall-ħelsien mill-arrest.