Darko Stojanovic ta’ 22 sena mis-Serbja u Michal Lukasz Nowak ta’ 38 sena mill-Polonja wieġbu mhux ħatja li ppruvaw jisirqu dar fi Triq Karm Zerafa f’Birkirkara.
L-attentat ta’ serq seħħ fis-26 ta’ Marzu li għadda fejn l-irġiel ippruvaw jidħlu f’appartament meta kienu mwaqqfa minn sid il-propjetà.
L-akkużati kienu arrestati biswit ħanut tal-merċa f’Birkirkara wara li l-pulizija ntraċċawhom permezz ta’ kameras tas-sigurtà.
Fil-qorti ħareġ li l-koppja m’għandhomx saqaf fuq rashom u m’għandhomx impjieg.
L-avukat tal-għajnuna legali ma talbitx għall-ħelsien u għaldaqstant dawn inżammu arrestati.